Mara ġiet ordnata trodd somma ta’ kważi €10,400 li l-eks sieħeb tagħha kien silifha biex fost l-oħrajn tixtri karozza.
Ir-raġel fetaħ kawża kontra l-eks sieħba tiegħu biex jieħu flusu lura, madanakollu hija ċaħdet li dawn il-flus ingħataw b’self iżda qalet li r-raġel kien taha l-karozza bħala rigal.
Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia sostniet kif il-mara ma ġabet l-ebda prova li tikkonferma d-dikjarazzjoni tagħha u messaġġi bejn il-mara u r-raġel urew li r-raġel ried ifittixha l-Qorti biex jieħu flus li kien taha.