Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, mara min-Nadur ġiet ordnata li tirritorna lil binha ta’ ħames snin għand missieru li jgħix fl-Ingilterra.
Fil-Qorti nstema’ ħames snin ilu l-mara, Sharon Rose Roche welldet lil binha fl-Ingilterra u wara sentejn u nofs telqet ħabta u sabta lejn Malta u bdiet proċeduri ta’ separazzjoni.
Hija kienet għarfet lil missier it-tifel li mhux reġa’ sejra l-Ingilterra.
Meta ġiet biex tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef Anna Felice sostniet li l-mara ħarbet bit-tifel mingħajr il-kunsens ta’ missieru u sostniet li filwaqt li mhux timponi firda, it-tifel għandu jmur l-Ingilterra, bl-omm tkun tista’ takkumpanjah