Kristie Marie Agius ġiet ordnata tħallas elfejn u mitejn ewro f’danni lil mara mdaħħla fiż-żmien li kienet tajret f’Burmarrad tliet snin ilu.
Gracie Cascun ta’ tmienja u sittin sena ressqet rikors kontra s-sewwieqa u kumpanija tal-assigurazzjoni wara li dawn irrifjutaw li jħallsuha għad-danni li ġarrbet kawża ta’ inċident li ħalliha b’diżabbiltà permanenti ta’ ħamsa fil-mija f’daharha.
Il-vittma qalet li ttajret mis-sewwieqa wara li qasmet it-triq u kienet diġà telgħet fuq il-bankina.
Fid-deċizjoni tiegħu, L-Imħallef Lawrence Mintoff, qies li x-xhieda tal-vittma kienet sostnuta mill-eżamijiet tat-tobba.
Bil-Qorti sabet lis-sewwieqa responsabbli għall-inċident għaliex ma kinitx kawta biżżejjed fis-sewqan, f’ħin li ma kellhiex viżwal ċar.