Il-Qorti ordnat biex fi żmien qasir jinqerdu 5,072 żarbun sportiv li bħalissa qed jiġu miżmuma mid-Dwana.
Il-Qorti ppreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti semgħet kif sena ilu, l-Uffiċjali tad-Dwana sabu kunsinja ta’ 634 kaxxa, b’total ta’ 5,072 par żarbun sportiv li kienu suspettati li huma foloz kif fil-fatt imbagħad instab li huwa hekk permezz ta’ testijiet.
Il-kumpanija li ġġib id-ditta ta’ dawn iż-żraben talbet lill-Qorti biex tiddikjara li dawn iż-żraben jmorru kontra d-drittijiet tal-proprjetà tagħha u ordnat l-qerda tagħhom.
Min-naħa tagħha, il-Qorti ddikjarat li nkissru d-drittijiet tal-kumpanija u ordnat lid-Dwana biex fi żmien 90 ġurnata teqred dawn iż-żraben bl-ispejjeż iridu jitħallsu mill-persuna li daħħlet dawn iż-żraben f’Malta.