Il-Qorti Ċivili tal-Prim Awla ordnat li jinqerdu 2,736 par żarbun sportiv, li ġie ppruvat li minkejja li għandhom sinjal simili għal dak tad-ditta Puma, fil-verità mhumiex prodotti ġenwini.
Dan f’każ fejn f’container li nħatt fil-port ħieles fid-9 ta’ Settembru, l-Uffiċjali tad-Dwana sabu din il-konsenja li kien hemm suspett li mhumiex ġenwini. Oġġetti li f’rapport kien ikkonfermat li fil-verità kienu kontrafatti.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti innutat li għaldaqstant dan mar kontra d-drittijiet ta’ propjetà intellettwali u ordnat lill-Kontrollur tad-Dwana sabiex fi żmien disgħin jum jeqred dawn l-oġġetti mingħajr ebda kumpens, u bi spiża tal-kumpanija Yiwu Wixuan Import and Export li tressqet l-Qorti akkużata f’dan il-każ.