Kofi Nimoh, raġel ta’ sebgħa u ħamsin sena sena mill-Ghana li joqgħod f’San Pawl il-Baħar ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li kien involut f’argument jaħraq ma’ raġel ieħor u kkaġunalu feriti gravi.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li dan kien każ sfortunat ta’ tilwima bejn żewġt iħbieb li ntemm ħażin wara li l-akkużat kkaġuna ferita gravi lill-vittma b’daqqa waħda.
Il-Qorti ordnat ukoll lil Nimoh biex fi żmien ġimgħa jitlaq minn Malta u jmur lura lejn l-Italja fejn għandu permess ta’ residenza.