Żagħżugħ ta’ 25 sena min-Naxxar tpoġġa taħt probation għal sentejn wara li ammetta li hedded lil martu b’senter waqt argument.
Il-każ seħħ nhar il-Ħadd, inqas minn jumejn wara l-qtil brutali ta’ Caroline Magri, l-omm ta’ wieħed u erbgħin sena minn San Ġiljan.
L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, mixli li hedded lil martu b’arma, li attakkaha u li kkawżalha ġrieħi ħfief – akkużi li ż-żagħżugħ ammetta.
Minbarra li tpoġġa taħt probation, l-akkużat ġie ordnat biex ma javviċinax lil martu, u biex jitlaq mid-dar sakemm il-Qorti tal-Familja tikkonkludi l-proċeduri ta’ separazzjoni.
L-arma li ntużat biex hedded lill-mara ġiet ikkonfiskata.