Il-Qorti ordnat lil Bartholomeo Debono f’isem R&R Waste iroddu lura €107,588 lil Gasan Mamo Insurance wara li inċident li seħħ fl-2007 fejn kienet weġġgħet persuna gravi.
Il-kumpanija tal-assigurazzjoni kienet għamlet rikors minn sentenza mgħotija u Debono ġie ordnat iħallas lura ftit aktar minn mitt elf ewro li kienu ġew mgħotija lil Jonathan Sant.
L-ewwel kien iben Debono li ffaċċja akkużi kriminali wara li ġie akkużat li darab lil Sand imma filfatt kien missieru, Bertholomeo li kien qed isuq it-trakk. Bartholomeo ma kellux liċenzja li biha jkun jista jsuq it-trakkijiet għalekk kien qal lil ibnu biex jixhed falz u jgħid li hu kien qed isuq it-trakk meta filfatt ma kienx. Meta rat hekk il-kumpanija tal-assigurazzjoni talbet flusha lura hekk kif Bartholomeo ma kienx jista jsuq it-trakk.
Il-qorti ppreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff ikkunsidrat il-fatt li Bartholomeo ma ddejjaq xejn iġiegħel lil ibnu jaffaċja proċeduri kriminali floku kawża ta’ xhieda falza. Għalekk il-Qorti laqgħet ir-rikors ta’ Gasan Mamo Insurance u ordnat lil Debono jirrifondi l-flus li inagħta biex iħallsu d-danni li sofra Sant 15-il sena ilu.