Sid ta’ ħanut tal-ikel f’ Strada Merkanti, il-Belt Valletta kien immultat €1,400 u ordnat ineħħi l-imwejjed u s-siġġijiet mit-triq fi żmien xahar, wara li rriżulta li poġġihom fit-triq bla permess tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-Maġistrat Joe Mifsud osserva li għalkemm is-sid kiseb permess mid-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern biex jagħmel dan, naqas milli jirrikorri għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, minkejja li kien infurmat li għandu jagħmel dan.
Jekk ma jobdix il-Qorti, s-sid se jeħel multa għal kull jum li jisfida.