Mario Magri ġie ordnat jħallas €160,000 lill-ġenituri ta’ Adolf Farrugia, li fl-età ta’ 21 sena kien kien tilef ħajtu b’overdose ta’ droga.
Bil-Qorti kienet sabet li kien Magri li pprovdielu d-droga.
Il-każ kien ġara fit-22 ta’ Awwissu tal-1999, b’Adolf Farrugia kien instab mejjet fuq sodda fil-garaxx ta’ missieru f’Ħal Safi riżultat ta’ overdose ta’ droga eroina.
Magri kien ħa d-droga u kien wkoll mitluf minn sensih. Meta ġie f’sensih, qam u sab lil sieħbu mejjet u ħarab ‘il barra mill-garaxx.
F’Ottubru 2006, il-Qorti sabet lil Magri ħati li bi traskuraġni kkawża l-mewt ta’ Farrugia u kien ikkundannat tliet snin ħabs flimkien ma’ multa ta’ Lm2000.
Din is-sentenza kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali f’Mejju tal-2009.
F’Ottubru tal-istess sena il-ġenituri tal-vittma fetħu kawża ċivili sabiex jieħdu kumpens għad-danni li sofrew.
L-Imħallef Francesco Depasquale żamm lil Magri responsabbli għall-mewt ta’ Farrugia.
L-avukat Dr Edward Gatt deher għall-qraba tal-mejjet.