Id-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ avviż pubbliku biex jidentifika u jgħarraf lill-pubbliku li n-negozjant ma onorax id-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi.
Gianluca Ciprini mill-kumpanija IGC Group Ltd, ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi.
Huwa wiegħed lill-konsumatur li jġiblu folding door mill-Polonja, li kellu jkun double glazed, bi tliet fetħiet u b’mosquito net li għalih ġie mħallas depożitu ta’ €1,400.
Iżda l-konsumatur induna li fil-fatt, il-bieb inħadem f’Malta, kellu erba’ fetħiet flok tlieta, u l-mosquito net ma setgħetx titwaħħal; għaldaqstant il-bieb ma kienx kif ordnat mill-konsumatur.
Il-bejjiegħ ġie ordnat mit-Tribunal biex iħallas is-somma ta’ €1,000 lill-konsumatur.