Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban iddikjara rebħa f’referendum dwar il-kwoti migranti obbligatorji tal-UE, minkejja li l-parteċipazzjoni baxxa li kien maħsub kienu jirrenduh invalidu.
Il-pjan kontroversjali Unjoni Ewropea biex ikunu rilokati 160,000 immigrant madwar id-blokk ifisser li l-Ungerija tirċievi 1,294 persuna li qed ifittxu l-ażil.
Kważi 98% ta ‘dawk li ħadu sehem appoġġjaw t-talba tal-gvern li tirrifjuta l-pjan tal-Unjoni Ewropa. Iżda 43% tal-elettorat ivvot, inqas mill-50% meħtieġ biex ir-referenudm ikun validu.
Madankollu, kelliem għall-Gvern qal li r-riżultat jgħodd kemm politikament u anke legalment. L-oppożizzjoni qed tgħid li l-Gvern ma kellux l-appoġġ li hemm bżonn.
Ferenc Gyurcsány, mexxej tal-Koalizzjoni Demokratika fl-oppożizzjoni, qal li l-parteċipazzjoni baxxa wera li ħafna nies ma tappoġġjax il-Gvern.