Il-Ministeru għall-Finanzi jixtieq javża lill-pubbliku dwar serje ta’ komunikazzjonijiet foloz li bħalissa qed jiġu ċċirkulati permezz ta’ telefonati, SMS, u emails. Dawn l-iscams qegħdin jallegaw b’mod falz li ġejjin millMinisteru għall-Finanzi jew mill-Ministru għall-Finanzi, u jippruvaw jiksbu flus jew informazzjoni personali sensittiva, bħad-dettalji tal-visa jew informazzjoni bankarja.
Il-Ministeru għall-Finanzi jew il-Ministru għall-Finanzi qatt ma’ jitolbu informazzjoni personali bankarja, dettalji ta’ visa, jew trasferimenti ta’ flus. Komunikazzjoni bħal din hija falza u għandha tiġi injorata. Jekk tirċievu telefonati, messaġġi, jew email suspettużi li jallegaw li ġejjin mill-Ministeru għall-Finanzi:
1. Tirrispondix lil min jibgħat jew tipprovdi xi informazzjoni personali.
2. Tagħfasx fuq il-links jew attachments li jkunu nklużi fil-messaġġ.
3. Irrapportaw l-inċident lill-awtoritajiet immedjatament.
Il-Ministeru għall-Finanzi qed jieħu dawn l-inċidenti b’serjetà kbira u qed jaħdem id f’id mal-forzi tal-ordni biex jindirizza din il-kwistjoni. Inħeġġu lill-pubbliku biex jibqa’ viġilanti u jaqsam din l-informazzjoni mal-familja u l-ħbieb biex tiġi evitata aktar ħsara.