Qatt ħsibt dwar l-effett tas-sit soċjali Facebook fuq il-karriera tiegħek? Kultant tkun qed tuża dan is-sit soċjali u jitlalek riklam ta’ sejħa għax-xogħol li mhux neċċesarjament ikun fuq il-linja tax-xogħol tiegħek. Iżda ftit huma dawk li jiġihom id-dubju dwar kif u ala din is-sejħa telgħet fuq in-‘newsfeed’ tiegħek.
Jidher li dawn il- Facebook Ads jippermettu lil kumpanija li jpoġġu r-riklam ta’ sejħa fil-feed ta’ dawk il-persuni li jaqgħu taħt il-kriterji tas-sejħa. Eżempju l-etá tiegħek, l-interessi, r-reliġjon u l-ġeneru. Dawn huma kollha affarijiet li inti normalment tpoġġi fid-deskrizzjoni tal-profil tiegħek. Iżda dan ma jfissirx li anke f’dan ir-rigward qed isir diskriminazzjoni? Għalfejn kumpanija għandha tipreferi żgħażugħ flok adult, raġel flok mara? Dawn it-tip ta’ riklami ma nsibuhomx biss fuq Facebook, iżda fuq kull sit onlajn li jsaqsi għall-informazzjoni tal-persuna li tagħmel profil. Eżempju ta’ dan huwa LinkedIN, Google+ u anke Instagram.
Kwistjoni oħra hija dik li meta inti tibgħat ic-CV tiegħek lil min iħaddem, saret ħaġa normali li dak li jkun jiċċekja l-profil ta’ facebook tiegħek qabel jibgħat għalik għall-interview. Mela mhux aħjar toqgħod attent f’dak li titfa? Ic-CV tiegħek saru dawn is-siti soċjali iżda mhux kulħadd jireallizza li dak li jkun se jogħġbok lill-ħbieb tiegħek ta’ Facebook mhux neċċesarjament se jogħġob lil min iħaddem.