Fi ftit siegħat oħra t-timijiet Maltin ikun jafu l-avversarju li se jilgħabu kontrih fil-kompetizzjonijiet Ewropej.
Wara li tlettin tim ġew maqsuma fit-tlett gruppi fl-ewwel fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League, l-avversarju taċ-ċampjins Hamrun Spartans jistaw ikunu FC Sheriff Tiraspol (MDA), FC BATE Borisov (BLR), FC Astana (KAZ), Maccabi Haifa FC (ISR) jew HŠK Zrinjsk (BIH).
Birkirkara FC, Gzira United u Balzan FC se jilgħabu fl-ewwel rawnd ta’ kwalikfazzjoni tal-UEFA Ewropa Conference League fejn anke hawnhekk it-timijiet tqassmu f’ħames gruppi ta’ għaxar timijiet kull wieħed filwaqt li grupp ieħor għandu tnax il-tim.
L-avversarji ta’ Birkirkara FC jistaw ikunu NK Maribor (SVN), Alashkert FC (ARM), FC Dinamo Batumi (GEO), La Fiorita 1967 (SMR) jew FC Dinamo Minsk (BLR).
Gżira United se jkunu qed jilgħabu kontra wieħed minn dawn it-timijiet: Paide Linnameeskond (EST), Saint Patrick’s Athletic FC (IRL), KF Dukagjini (KOS), Glentoran FC (NIR), FC Hegelmann Litauen (LTU) jew Penybont FC (WAL).
It-tim oppost ta’ Balzan FC se jkun wieħed minn dawn it-timijiet Ararat-Armenia FC (ARM), FK Sutjeska (MNE), FK Sarajevo (BIH), FC Vaduz (LIE) jew NK Domžale (SVN).