L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab għal darb’oħra mifxula u mhux preparata quddiem Gvern li b’konvinzzjoni hu lest biex ikompli jtejjeb l-Istituzzjonijiet Maltin, filwaqt li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjżna fuq livell internazzjonali.
Wara li għal xhur sħaħ, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għamlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna, llum l-Oppożizzjoni qalet biss illi se tkun qed tistudja l-proposti li l-Gvern bgħat lill-Kummissjoni Venezja.
Pajjiżna jixraqlu Oppożizzjoni serja u li lesta toffri alternattiva serja għall-Gvern. Tal-lum hi konferma ta’ kemm f’Malta għandna Oppożizzjoni dagħjfa u xotta mill-ideat.
Il-Partit Laburista jtenni li l-Gvern għandu jkompli jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-partijiet kollha intereressati, inkluż is-soċjeta’ ċivili. Dan sabiex imbgħad il-Gvern ikompli għaddej bir-riformi pjanati skont l-aħjar interess tal-pajjiż.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/13/ippubblikati-l-proposti-ghar-riformi-fil-gudikatura-li-ntbaghtu-lill-kummissjoni-venezja-u-li-gew-imfissra-bhala-pakkett-ta-riformi-storici/