Lil hinn min-negattivita u żbalji fattwali ta’ Adrian Delia, il-familji u n-negozji jħossu li Malta qed tkompli miexja ‘l quddiem bi tkabbir ekonomiku u avvanz soċjali bla preċedent.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal ta’ qablu, jiddiletta jitkellem biss b’mod distruttiv fuq sfidi, uħud minnhom li ħolqu Gvernijiet Nazzjonalisti, li dan il-Gvern qed jindirizza b’rieda qawwija.
Fosthom fil-qasam tal-infermiera fejn amministrazzjonijiet preċedenti għalqu l-korsijiet għax ħasbu li għandna biżejjed nurses, filwaqt li dan il-Gvern fetaħ skola ġdida li se twassal għal karrieri ġodda ta’ iktar infermiera mħarrġa.
Kap tal-Oppożizzjoni li lanqas jista jaqbad art tal-problemi fi ħdan il-partit tiegħu stess, ma tantx joffri serħan il-moħħ li jista jsolvi sfidi ta’ pajjiż li qed joħloq ġid li qatt ma ra bħalu.
Dawk l-isfidi jistgħu jsolvihom biss Gvern maqgħud li qed ilesti lil Malta għal futur.