Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li bħal ma kien jiġri meta l-Parit Nazzjonalista kien fil-Gvern b’ħafna miri fit-tul u viżjonijiet, illum il-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li l-Oppożizzjoni għandha pjan li tagħmel pjan.
Il-Partit Laburista saħaq li b’negattiviżmu tipiku għal kull settur li semma’, il-Kap tal-Oppożizzjoni nesa biss isemmi punt wieħed, dak sabiex l-Oppożizzjoni li jmexxi, jew jipprova jmexxi, taħdem għal darba, fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux għall-interessi politiċi tiegħu.