“Wieħed kien jistenna li Simon Busuttil jikteb dak li kiteb il-Ministru” – hekk qalet il-fondazzjoni Gift of Life, li esprimiet tħassib serju dwar il-kandidat tal-Partit Nazzjonalist Salvu Mallia.
Il-fondazzjoni kienet qed tirreferi għal dak li kiteb il-Ministru George Vella, ċioe li mhux kulħadd jistà jitkellem dwar l-ewtanażja u l-abort mill-awtorità ta’ espert.
Il-fondazzjoni indipendenti temmen li “għandna oppożizzjoni li qed trawwem l-estremisti biex tikseb il-vot tal-liberali” u appellat biex il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jibqax sieket fil-konfront tal-kummenti ta’ Mallia. Dan tal-aħħar tkellem b’ċertu awtorità fuq suġġetti delikati bħal m’huma l-ewtanażja u l-abort.