Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal l-Oppożizzjoni u l-fazzjoni estremista tagħha tikkonferma kemm hi bla diċenza u kapaċi tagħmel attaki insensati anki kontra pajjiżna akkost li tipprova tiskorja punti politiċi.
Il-kandidat Malti għal Imħallef fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea kien wieħed li ntgħażel b’sejħa pubblika.
L-amministrazzjoni Abela u l-kandidat inkwistjoni Edward Zammit Lewis huma l-awturi ta’ riformi bla preċedent fil-qasam tal-governanza u favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Riformi li l-Oppożizzjoni ma wettqitx lanqas farka minnhom meta kienet fis-siġġu li tieħu d-deċiżjonijiet u issa reġa’ kellha l-wiċċ li timmina lil pajjiżna għax baqgħet maħnuqa mill-istess nies kontra pajjiżna.
“Tassew jingħad kif b’Bernard Grech baqa’ ma nbidel xejn”, temm jgħid il-Partit Laburista.