Meta tisma’ jitkellem lill-kap ta’ l-oppożizzjoni Simon Busuttil, tistħajlu kap li rifes il-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba tliet snin ilu.
Jitkellem dwar l-onestà u l-integrità, dwar kemm irid inaddaf il-politika Maltija u dwar kemm jemmen fir-riżenji. Tisthajlu kap li għandu ambizzjoni li qatt ma kien hawn bhala.
Izda met tieqaf u tahseb, tinduna li dan huwa biss, u xejn aktar, l-istess persuna li kien jiftahar li elezzjoni wahda wara ohra, kien għamel il-manifest elettorali. Tidnuna li dan huwa l-istess persuna li kien spalla ma spalla mal-krema tal-PN, inkluż ma Lawrence Gonzi. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li meta l-PN kien fil-Gvern, kien qed ipappiha mhux hażin. Tinduna li dan huwa l-istess persuna, li kien f’partit bi skandlu dwar korruzzjoni ppruvata, wieħed wara l-ieħor, u qatt ma għamel xejn dwarha. Tinduna li dan huwa l-istess persuna li għalaq għajnejh u widnejh għal weġgħat tal-Poplu Malti u Għawdxi.
Għalhekk kif jista llum Simon Busuttil jipprova jnissel xi forma ta’ tama, li dan jista’ jkun Prim Ministru li jwettaq dak li jgħid? Meta kien fil-poter m’għamel xejn ħlief mexa fuq il-passi ta’ qablu u kien biss xempju għall-arroganza u suppervja.
Ma rridux ninsew ukoll li kemm ilu Kap tal-PN, Busuttil kien iffaċjat bi skandlu wieħed wara l-ieħor li seħħew min-Deputati mdawrin miegħu. Madankollu dan qatt m’għamel xejn ghaliex ma jistax jitkellem huwa stess u dan peress li meta l-klikka ta’ madwaru kienet qed issir miljunarja minn fuq dar il-poplu, Busuttil kien komdu b’dan kollu u qatt ma tkellem jew aġixxa. Għalhekk Busuttil huwa biss illum skjav tal-passat, kemm tiegħu u kemm tal-partit li huwa qed imexxi.
L-elettorat huwa proprju għalhekk li ma jistax jemmen lil Busuttil. Dak kollu li qed jippriedka dwaru, l-istess Busuttil kellu 25 sena biex jagħmlu, iżda qatt m’għamel xejn fuq dak kollu li llum jiskrupla tant dwaru.
Id-differenza bejn Busuttil u l-Prim Ministru Joseph Muscat hija wahda ċara ħafna. Meta Joseph Muscat kien kap ta’ l-Oppożizzjoni min dejjem tkellem dwar it-trasparenza u l-kontabbiltà. Meta l-istess Joseph Muscat sar Prim Ministru, baqa’ jwettaq u jemmen dak li kien jgħid mill-Oppożizzjoni u ma beżax ibiddel il-leġislatura Maltija biex il-Politika f’pajjiżna terġa’ tkun waħda nadifa u li fiha jemmen il-Poplu Malti.
Min-naħa l-oħra, meta Busuttil kien fil-poter, warrab il-valuri li llum jgħid li għandu u ma ha l-ebda passi kontra kull minn kien qed iħammeġ il-politika Maltija. Illum, mill-oppożizzjoni, Busuttil jitkellem dwar politika nadifa, iżda kif kien jgħid ta’ qablu Gonzi PN the proof of the pudding is in the eating u għalhekk Busuttil falla.