L-opportuniżmu politiku tal-Partit Nazzjonalista ma jafx limiti. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.Il-PL qal li tant li l-għada li Adrian Delia ħareġ jiddefendi l-vot tiegħu kontra l-liġi tal-vjolenza domestika, il-Partit Nazzjonalista ħareġ jitlob spjegazzjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-istess liġi.
Spjega li filwaqt li l-gvern qed jaħdem bis-sħiħ fuq l-implimentazzjoni ta’ din il-liġi u diġa’ ħa miżuri importanti, l-Partit Laburista fakkar li għal Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista din il-liġi lanqas biss teżisti f’pajjiżna.
L-istqarrija tgħid li saħansitra Adrian Delia huwa kburi li opponiha. Temm billi qal li “Adrian Delia mhux biss ma jimportahx, iżda fl-istess ħin irid juża l-vittmi tal-vjolenza domestika biex mingħalih jiskorja punti politiċi. Il-PN illum sar bla valuri u bla mistħija.”