Aktar opportunitajiet ta’ xogħol u taħrig għaż-żgħażagħ Maltin f’istituzzjonijiet ewropej. Fil-Kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid tnediet il-kampanja dwar l-Opportunitajiet Ewropej immirati speċifikament għaż-żgħażagħ li għandhom livell ta’ Baċellerat jew aktar.
Tkellmet ma’ ONE NEWS Janelle Camilleri; tfajla ta’ 26 sena ggradwata fl-istudji ewropej kif ukoll fi studji diplomatiċi fejn kellha l-opportunita’ li taħdem fil-Web Unit tal-Parlament Ewropew fejn tul il-ħames xhur li għamlet fi Brussell, kitbet artikli qosra bil-Malti fuq is-sit tal-Parlament Ewropew stess- lhiema kitbiet jispjegaw dwar ix-xogħol li kien qed jiġi mwettaq minn din l-istituzzjoni tant importanti:
Kienet esperjenza mill-aktar pożittiva, fid-dinja tax-xogħol tatni opportunità biex naħdem fl-EU kont anke involuta fil-Presidenza Maltija. B’mod personali kienet esperjenza li kabritni, sirt iktar indipendenti, tgħallimt ħafna għax tiltaqa’ ma’ nies minn kullimkien. Kienet esperjenza mill-iktar pożittiva nħeġġeġ lil kull min qed jismagħna biex jagħmlu l-pass u ma jinżax jagħmilha.
Għat-tnedija ta’ din il-kampanja kien hemm preżenti is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clifton Grima, fejn saħaq dwar l-importanza li ż-żgħażagħ jaħtfu opportunitajiet ta’ din ix-xorta li tgħinhom iħarsu lejn id-dinja b’perspettiva differenti:
Dawn it-tip ta’ inizjattivi huma ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ tagħna, huma ha jkunu esposti għal kulturi u xogħol barra minn xtutna u b’hekk ikunu jistgħu jizviluppaw b’mod sħiħ bħala persuni.