Biex inkomplu nsaħħu ekonomija li hija sostenibbli u servizzi f’oqsma differenti, l-innovazzjoni tinsab fil-qofol tal-viżjoni Malta fil-livell li jmiss. Qalet dan l-Ewroparlamentari Miriam Dalli waqt attivitàfil-Gudja.
Dr Dalli sostniet li l-innovazzjoni hija ċ-ċavetta biex pajjiżna jkompli jsostni r-ritmu ekonomiku u jattira industriji tal-futur.
“L-innovazzjoni hija l-muftieħgħall-ekonomiji tal-futur. Għal żmien twil, ix-xogħol tal-idejn, l-artiġġjanat u s-snajja tajnihom il-ġenb. L-innovazzjoni tidħol hawnhekk ukoll. L-ekonomija globali qed tkun aktar innovattiva u hija r-responsabilitàta’ pajjiżna li tkun fuq quddiem nett ta’ dik l-innovazzjoni,” qalet l-Ewroparlamentari.
Dalli spjegat kif innovazzjoni tapplika għal fierxa wiesgħa, minn sensors għal makkinarju, energy u smart grids, 3D printing, blockchain u aktar. B’referenza għal skoperti li saru minn żviluppaturi u riċerkaturi Maltin, Miriam Dalli qalet li dan it-talent li jeżiżti f’pajjiżna rridu nsostnuh u nsaħħuh.
Hija elenkat ħames prijoritajiet li permezz tagħhom l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp jistgħu jikbru f’pajjiżna.
Dawn huma: (i)investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp, (ii) aċċess għal fondi, (iii)programmi edukattivi, (iv) kollaborazzjoni akbar bejn riċerkaturi u (v)partnerships bejn universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, is-settur privat u anke s-settur pubbliku – sew fuq livell lokali u anke fuq livell Ewropew.
Miriam Dalli spjegat kif fondi Ewropej bħalma hu Horizon Europe, li jiffinanzja proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, jipprovdu fondi għal dawn it-tip ta’ proġetti. Minn dan jistgħu jibbenefikaw innovaturi li għandhom ideat konkreti, prototypes jew proġetti li huma żviluppati u jridu jidħlu fis-suq.
“Dan il-fond qed jaħseb speċifikament għal SMEs, grazzi għall-ħidma li saret minn numru ta’ MEPs tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi,” qalet Dalli. Fost dawn l-MEPs fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija kien hemm Miriam Dalli wkoll.
Parteċipi għal din l-attivitàkien hemm ukoll Dr Abdalla Kablan, intraprenditur u espert tal-fintech li ddeskriva lil Miriam Dalli bħalha politiku li ma tiddejjaq xejn tmur kontra l-kurrent fejn jidħlu inizjattivi ġodda – jekk hux fil-qasam tas-saħħa, biex tiġġieled id-diskriminazzjoni jew permezz tal-liġi li mexxiet biex jonqos it-tniġġis mill-karozzi.
“Nemmen li permezz ta’ din il-liġi infetħu bibien fil-qasam tal-innovazzjoni, fl-intelliġenza artifiċjali, l-internet of thingsu fil-blockchain. Imma biex din l-innovazzjoni sseħħhemm bżonn ta’ politiċi b’viżjoni u li bħal Miriam jemmnu li rridu ninvestu fiż-żgħażagħ li huma l-futur.”