Numru ta’ makeup artists Maltin ingħataw opportunità unika meta attendew masterclass fuq medda ta’ jumejn mill-artist Taljan Roberto Ciasca, magħruf ma’ kulħadd bħala Robin.
Robin huwa makeup artist professjonali mwieled l-Italja iżda qatta’ parti kbira minn ħajtu fuq xogħol fl-Istati Uniti.
Huwa jispeċjalizza f’irtokk fuq personalitajiet fid-dinja tal-films u festivals prestiġjużi, u fl-aħħar snin it-talent tiegħu laqqgħu ma’ wċuħ ta’ fama dinjija bħal Al Pacino, Jennifer Lopez, Angelina Jolie u Natalie Portman:
“They are very polite and very thankful for your work, for my work. They are very relaxed and I’m relaxed too”.
Robin ġie Malta għal tlett ijiem, fejn qasam l-għarfien li kiseb tul il-karriera tiegħu ma’ numru ta’ terapisti tas-sbuħija Maltin.
Qal li fihom ra talent u potenzjal, iżda jemmen li għandhom bżonn ikunu aktar kunfidenti:
“How can they make up actors and actresses on the red carpet and what they can do for girl and even men why not in Malta with a new trend a new technique that are very glamour in the rest of the world now”.
Din kienet l-ewwel darba li Robin rifes f’Malta. U fid-dawl li xogħlu ħadu f’pajjiżi li huma fost l-akbar fid-dinja, staqsejnieh x’jaħseb dwar din il-gżira ċkejkna f’nofs il-Mediterran:
“The language it’s a little hard but very nice, I love the people, love your sun but the spectacular sky, the blue of the sky is fantastic”.