Dalgħodu ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn l-ITS u The Emirates Academy of Hospitality Management. Ftehim li se jfisser opportunità ta’ speċjalizzazzjoni, u livelli ogħla ta’ korsijiet għall-istudenti tal-ITS.
Għal snin twal, l-Emirates Academy offriet numru ta’ korsijiet f’livell ta’ Baċellerat, u issa anke f’livell ta’ Masters. Din l-akkademja hija magħrufa għal-livell ta’ tagħlim li toffri.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, li fil-preżenza tiegħu ġie ffirmat l-MOU, tenna li dan huwa pass ieħor li se jkompli jgħin il-mira ta’ pajjiżna biex is-settur tat-turizmu ma jserraħx fuq is-suċċessi miksuba, imma jgħolli l-livell mogħti.