Bħalissa qiegħed isir tour tal-kumpless ambjentali fil-Magħtab li nfetaħ ftit tax-xhur ilu b’investiment ta’ ħamsin miljun ewro. Hemm tliet impjanti elwenin, dak li jifred l-iskart mekkaniku, dak li jitratta l-iskart goff u l-impjant tal-Biogas.
L-attività hi organizzata b’mod li hija opportunità għall-familji jaraw l-investiment fis-settur, filwaqt li l-Ministru Jose Herrera saħaq fuq l-importanza li l-pubbliku jżomm ruħu aġġornat.