Fiera ta’ snajja se tinġieb f’Malta għall-ewwel darba u se tagħti opportunità lil 75 esebitur lokali jesibixxu xogħlu fuq pjattaforma internazzjonali. Il-pubbliku se jkun jista’ jara ħafna xogħol kreattiv jew bl-idejn, minn dak li jsir bl-injam għal 3D printing.
Il-fiera internazzjonali Maker Fair tippromovi kumpaniji li jispeċjalizzaw fix-xogħol tal-idejn. Din is-sena Maker Fair se tittella’ bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu fl-MFCC f’Ta’ Qali fuq inizjattiva ta’ żewġ żgħażagħ Maltin.
David Sciberras, id-Direttur ta’ Invent 3D stqarr:
“Jekk inti tħobb tibni l-muturi, taħdem l-injam, tibni kwalunkwe ħaġa u għandek is-settur tiegħek u trid turih, għandna qisu 75 post u rridu naqsmuh bejn persuni li għandhom proġetti kbar u proġetti żgħar u nippruvaw noltqu setturi differenti mingħajr ma nitfgħu ħafna fuq 3D printing. Irridu nagħmlu spazju tajjeb.”
Edward Borg, il-fundatur ta’ Magigoo, spjega li fil-fiera se jieħdu sehem ismijiet kbar:
“Aħna bħala produtturi ta’ Magigoo magħrufa ma’ 3D printers u internazzjonalment diġà kienu jafu bina. Bis-saħħa ta’ Invent 3D wkoll kellna dik ix-xeħta lokali wkoll u internazzjonaliment intlaqtet tajjeb u rnexxielna, bħala sponsorships, inġbu ismijiet kbar.”
Dan kollu għamluh biex sħabhom fis-settur ikollhom ċans jersqu lejn klijenti lokali u internazzjonali, waqt li jingħataw rikonoxximent xieraq tax-xogħol bl-idejn.
David Sciberras kompla jgħid:
“Qed nipprvuaw nimbuttaw biex ikun hawn komunità lokali u n-nies ikollhom x’imkien fejn imorru fejn ikun hemm ħafna talenti ta’ dan it-tip minn antik sa ‘cutting edge’ biex jiġu jarawh in-nies.”
Individwi jew kumpaniji li huma interessati jesibixxu xogħlhom f’din il-fiera jistgħu japplikaw billi jżuru s-sit malta.makerfair.com.
U jekk għadek m’intix konvint….