Il-kisba ta’ siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda hija opportunità biex Malta tkun attur internazzjonali li jikkontribwixxi sabiex jibnew il-pontijiet madwar id-dinja.
Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, waqt kollegatament dirett waqt il-bulettin tal-aħbarijiet tas-7.30pm ta’ ONE. Żied jgħid li l-kampanja ta’ pajjiżna rnexxiet, hekk kif l-appoġġ kien wieħed qawwi.
Min-naħa tagħha, ir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, Vannessa Frazier, qalet li l-preparazzjonijiet kienu twal u diversi, bis-sehem f’ħafna kumitati u taħriġ.