25 kumpanija jew entità jinsabu miġburin fl-Universitá ta’ Malta bil-għan li joffru opportunità lill-istudenti universitarji biex jiskopru u jiddiskutu dwar opportunitajiet ta’ xogħol relatati mal-studji tagħhom. Din hija magħrufa wkoll bħala Career and Job Exposure Week.
Fost il-kumpaniji wieħed isib dawk relatati mal-ospitalità, oħrajn mid-dinja diġitali jew dik infrastrutturali.
L-attività, li hija organizzata mill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, ilha tiġi organizzata għal diversi snin u ta’ kull sena serviet biex l-istudenti jiskopru niċeċ ġodda relatati mal-studji tagħhom.