Il-Forzi Armati ta’ Malta fetħet l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li jidħlu bħala suldati jew fizzjali. L-applikazzjonijiet għandhom jittieħdu personalment fid-Dipartiment tal-Eżamijiet, Il-Mall, Triq Sarria, Il-Furjana jew Id-Dipartiment tal-Eżamijiet fi triq Fortunato Mizzi, Rabat, Għawdex.
Dawn għandhom jittieħdu bejn it-8am u 12pm u mis-13:30 u l-16:00 bejn it-2 u l-15 ta’ Jannar 2018.
Apparti l-applikazzjoni għandek tieħu l-ID Card u d-dokumenti kollha mitluba fl-applikazzjoni. Għal aktar informazzjoni idħol fuq is-sit tal-AFM jew ċempel fuq 22494141/2.