Heritage Malta tatna l-opportunità li nżuru l-Main Guard fil-Belt Valletta, fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni. Filfatt tul dan it-tmiem il-ġimgħa, id-dħul fil-post kien mingħajr ħlas.
Hawn il-pubbliku ngħata esperjenza ħolistika u interattiva, b’filmati storiċi u dawra mal-mużew biex wieħed jara kif żvolġiet l-istorja.
ONE News ħataf l-opportunità u staqsa diversi persuni jekkx qatt żaru dan il-mużew, u x’jaħsbu li se jaraw.
Matul il-ħakma Ingliża, mijiet ta’ ritratti ġew miżbugħa fuq il-ħitan tal-Main Guard, l-aktar fil-Mess tal-Uffiċjali, fejn il-gwardjani kienu jieklu u jistrieħu wara l-ħin tax-xogħol. Hawn hemm aktar minn 300 ritratt, li wħud minnhom ġew skoperti reċentament matul ix-xogħlijiet li qed isiru.
ONE News tkellem ukoll ma’ riċerkatur tal-istorja, Denis Darmanin li tenna li opri bħal dawn għadhom iridu jiġu skopruti u hemm ħafna xogħol intensiv biex dan iseħħ.
“Għandek xelta kbira ta’ qed najdlek kemm damet isservi bħala kwartieri ta’ Main Guard iġifieri l-għassa prinċipali mal-Gvernatur, hawnhekk hawn kull tip ta’ tpenġija, hawn mat-300 differenti u sal-ġimgħa l-oħra għadhom qed jiġu skoperti oħrajn ġodda.”