Skont il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia min bħal Gvern hu favur li tiġi emendata il-liġi tal-IVF hu kontra il-ħajja.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal kif din hi dikjarazzjoni insensittiva li ma tifhimx kemm min għandu bżonn l-emendi għal-liġi tal-IVF hu favur il-ħajja u jixtieq li hu wkoll, bħal ħafna oħrajn, ikun ġenitur.
Ħadd mhu jifhem l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni li hi kontra kollox fuq din il-liġi, saħansitra kontra proposti li ġejjin minn deputati tal-Oppożizzjoni stess.
Il-PL spjega kif li kien għall-Oppożizzjoni, mijiet ta’ koppji li jbatu minn infertilità jibqgħu jkunu mċaħħda.
L-istqarrija temmet tgħid li nhar it-Tlieta li ġej min jivvota favur l-emendi għal-liġi tal-IVF hu verament favur il-ħajja.