Żewġ opinjonisti ewlenin fil-gazzetti tal-Ħadd, l-eks Ministru Michael Falzon u Michela Spiteri, nnotaw il-mod xejn tajjeb kif beda jew tħabbar il-ftehim bejn Marlene Farrugia, tal-Partit Demokratiku u Simon Busuttil, Kap tal-Partit Nazzjonalista.
“Simon Busuttil jgħid li d-deal mhux lest u Marlene Farrugia tagħti d-dettalji fuq facebook,” innota Michael Falzon li l-artiklu tiegħu jirrifletti wkoll fuq l-instabbiltà li jista’ jkun hemm fi gvern li Marlene Farrugia tkun tagħmel parti minnu.
Meta tkellem dwar kif bdew ħerġin id-dettalji minn Marlne Farrugia, Falzon iddeskriva dan “bħala strateġija minn naħa ta’ Farrugia” u biex isaħħaħ l-argument tiegħu jgħid li mhux biss kien hemm kummenti fuq facebook, iżda artiklu maħsub bid-dettalji fit-Times of Malta mid-deputat mexxej tagħha Anthony Buttigieg.
Michael Falzon jitkellem dwar ix-xenarji possibbli u jgħid li jekk jirbaħ il-Partit Nazzjonalista mal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia tkun qed tikkontrolla l-gvern.
Intant, Michela Spiteri kitbet fit-Times of Malta li l-kolazzjoni huwa deal tattiku deskritt bħala riskju opportunist biex tintrebaħ l-elezzjoni.
Titkellem dwar kif dak li għamel Simon Busuttil fit-tmexxija jista’ jidher mhux biżżejjed. Hawn kitbet kif il-Partit Nazzjonalsta huwa magħruf li fl-imgħoddi dejjem aġixxa b’makkakerija u qatt ma kellu jirrikori għal dawn il-gimmicks tal-aħħar minuta.
“Diġa’ min kif kienu ikkomunikati l-affarijiet, hemm ix-xhieda li Busuttil u Farrugia mhux dejjem qegħdin fuq l-istess linja,” kitbet Spiteri.
Hi tfakkar ukoll kif filwaqt li Marlene tkellmet fuq affarijiet lesti, Simon Busuttil kellu jirtira biċċa.
“Deputati Parlamentari huma demoralizzati u konfużi, filwaqt li hemm partiarji li jqisuha bħal sell out,” qalet Spiteri, b’referenza għal dawk li jemmnu li l-Partit inbigħ.
“Dan xejn ma jawgura tajjeb,” kitbet Spiteri fit-Times of Malta.
Karikatura dwar is-suġġett ukoll fil-gazzetta KullĦadd.