Il-Korp tal-Pulizija kiseb Fondi Ewropej li se jgħinuh issaħħaħ il-ħidma f’operazzjonijiet fejn persuni jkollhom jirritornaw lura pajjiżhom.
Is-Segretarju Parlamentaru għall-Fondi Ewropej, Ian Borg, stqarr li l-flus mill-Fond għall-Ażil se jissarfu biex l-operazzjonijiet ta’ ritorn ikunu jistgħu jitwettqu aħjar. L-aħbar intlaqgħet ukoll b’sodisfazzjoni mill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela.