Raġel ta’ 36 sena min-Nepal isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn żewġ sulari ħdejn l-irdum ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa fuq il-post sabiex itellgħu lir-raġel, minħabba li fejn kien jinsab ma setax jintlaħaq mill-paramediċi.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.