Anzjana ta’ 70 sena minn Ħaż-Żabbar mietet wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-bajja ta’ San Tumas.
One.com.mt jinsab infurmat li każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, il-mara kienet qed tgħum fil-Fajtata, f’Wied il-Għajn.
Minn informazzjoni li għandu ONE News, li l-anzjana ngħatat l-ewwel għajnuna fuq l-art u imbagħad anki ġie ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex tittella’ mill-parti t’isfel tal-bajja.
Fuq il-post, hemm il-pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-emerġenza mmexxi mit-Tabib Jonathan Joslyn u membri mill-Għaqda tas-Salib l-Aħmar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.