L-awtoritajiet ikkonfermaw li ċeda pont li minn fuqu jaqsmu n-nies fl-Universita Internazzjonali ta’ Florida, fejn kawża t’hekk tilfu ħajjithom bosta persuni.
Kienu bosta ritratti li ġew mxerrda fuq il-midja soċjali tal-istruttura li ċediet fil-kulleġġ li jinsab f’Miamo.
Rapporti barranin qed isostnu li hemm bosta persuni li jinsabu maqbuda taħt il-pont, li kien mibni għal fuq triq li minnha jgħaddu l-vetturi.