Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, jinsabu għaddejjin b’operazzjoni ta’ salvataġġ, sabiex jassistu żewġ gruppi ta’ bugħaddasa – bl-ammont ta’ persuni s’issa jaqbeż it-18-il persuna.
It-tfittxijiet qed isiru fiċ-Ċirkewwa, fejn il-Port tal-vapur t’Għawdex, viċin is-sit ta’ Rożi.
Dan filwaqt li l-assistenza intalbet għall-ħabta tas-siegħa u għoxrin ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post, wieħed jista’ jinnota diversi ambulanzi u baħar jibla’ l-art, filwaqt li s-servizz tal-Gozo Channel jinsab temporanjament wieqaf miċ-Ċirkewwa, sakemm jinstabu l-persuni kollha.
Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, jirriżulta li fuq il-post qed tingħata l-ewwel għajnuna, filwaqt li t-tfittxijiet għadhom għaddejjin, kemm permezz tal-ajru u anke permezz tal-baħar.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn it-tfittxijiet.
Intant il-Ministri għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, ppubblikaw post fuq il-midja soċjali, b’rabta ma’ dan l-inċident.
Aktar dettalji malli jaslulna.