Il-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili f’operazzjoni ta’ salvataġġ salvaw żagħżugħ li x’aktarx huwa ta’ nazzjonalita barranija hekk kif sab ruħu f’diffikultà.
Huwa mifhum li ż-żagħżugħ niżel mal-irdum iżda wara ma setgħax jitla u għalhekk kellu jingħata l-assistenza biex jiġi salvat. Mill-ewwel stħarriġ għadu mhux stabbilit x’wassal lil żagħżugħ biex jispiċċa mal-blat ftit l-isfel mit-tarf tal-irdum.
B’xorti tajba l-ħaddiema rnexxilhom isalvawh u jidher li ma sofra ebda ġrieħi.