Minn tal-inqas 30 migrant, diversi minnhom tfal, tilfu ħajjithom wara li waqgħu minn fuq id-dgħajsa li kienu fuqha ftit il-bogħod mill-kosta Libjana.
Id-dgħajsa kienet qed iġġorr madwar 500 migrant u bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ.
“Din hi sitwazzjoni kritika. Waqgħu madwar 200 persuna fil-baħar,” qal dan gwardjan tal-kosta.
Ir-rotta ċentrali Mediterranja għal migranti illegali lejn l-Ewropa hi waħda mill-aktar popolari f’dawn iż-żminijiet.
Is-sena l-oħra aktar minn 50,000 migrant waslu l-Italja.