Għall-ħabta tal-11.00a.m għaddas ta’ 65 sena minn Raħal Ġdid, tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultá waqt li kien qiegħed jogħdos għall-qarnit fil-bajja ta’ Maċċa fil-limiti tal-Mellieħa.
Minn informazzjoni li ngħatat lil persuni terzi jidher li waqt li kien qed jogħdos il-ganċ tal-ħabel inqabad taħt il-blata bil-konsegwenza li qabad ma’ siequ u ma setax jitla f’wiċċ l-ilma. Meta ttella’ mill-baħar l-anzjan kellu l-marki tal-ħbula ma’ saqajh li żammewh taħt l-ilma madwar 20 minuta.
Fuq il-post marru l-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta iżda sfortunatament l-għaddas itella’ bla ħajja mill-baħar.