Vapur tal-merkanzija bi tnax-il persuna abbord għereq qrib il-kosta tal-Baħar l-Iswed kawża tal-maltemp.
Għadd ta’ timijiet ta’ salvataġġ intbgħatu fiż-żona fejn uffiċjali sostnew li s’issa ġie salvat persuna waħda, kif ukoll itellgħu żewġ iġsma. S’issa għad hemm disa’ persuni li għadhom meqjusa nieqsa.
L-Aġenzija Marittima tar-Russja sostniet li l-vapur inqasam min-nofs u għereq għall-ħabta tat-03:40 tal-ħin barrani.
Disa’ persuni li kienu abbord huma ta’ nazzjonalità Ukrena, tnejn kienu Russi u wieħed ġew mill-Ġorġja.