Żewġ Ċiniżi ġew salvati fil-baħar fl-inħawi tax-Chalet f’tas-Sliema.
ONE News jinsab infurmat li ż-żewġ persuni, mara u raġel spiċċaw f’diffikultà f’baħar jibla’ l-art.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija u kien Slimiż li qabeż l-ewwel fil-baħar u salva persuna minnhom.
Il-persuna l-oħra nġabret minn patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta u ddaħħlet f’Xatt it-Tiben,
Kif ġew salvati, iż-żewġ persuni komplew jingħataw l-ewwel għajnuna u ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni għadha mhux magħrufa.