Uffiċjali mid-Dipartiment tas-Salvataġġ fi Spanja bħalissa jinsabu għaddejjin b’operazzjoni ta’ salvataġġ għal tifel ta’ sentejn li waqa’ f’bir ta’ madwar 32 sular għoli.
It-tfittxija bdiet il-Ħadd waranofsinhar u kompliet filgħaxija qrib Totalán, villaġġ viċin Málaga.
Għadu mhux magħruf jekk it-tifel għadux ħaj hekk kif meta niżlu kamera biex jaraw fejn qiegħed sabu il-baskett tal-ħelu tiegħu u tazza tal-plastik.
Uffiċjali mid-Dipartiment tat-tifi tan-nar u l-Pulizija bħalissa qed jippruvaw ineħħu l-ilma li hemm fil-bir. S’issa għadhom għaddejjin bl-operazzjoni dwar kif għandhom l-aħjar jaslu għat-tifel ta’ sentejn, li ġie msemmi mill-midja bħala Yulen.
Ħadd ma jista’ jinżel minħabba ċ-ċokon tal-entratura u għalekk il-pjan hu li jħaffru mina taħt l-art iżda jridu jkunu kawti.