Raġel waqa’ wara li kien miexi fl-inħawi tal-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.
Fuq il-post marru diversi timijiet mediċi u kif ukoll ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu f’operazzjoni ta’ salvataġġ. Fuq l-inħawi ttajjar ukoll ħelikopter tal-Forzi Armati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar kura filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għada mhiex magħrufa.