Operazzjoni ta’ ħmistax-il siegħa mill-uffiċjali tad-Dwana rriżultat f’sejba ta’ aktar minn mitejn u sbatax-il elf sigarett tal-kuntrabandu fiż-Żurrieq u l-Imqabba.
Flimkien ma’ dawn instabu wkoll erbgħa u tmenin pakkett ta’ tabakk, bit-taxxi jammontaw għal aktar minn wieħed u ħamsin elf ewro.
L-operazzjoni bdiet l-Erbgħa filgħodu f’vann fiż-Żurrieq, fejn ġew elevati mitt elf sigarett tal-kuntrabandu. Tfittxija oħra li saret f’residenza fl-Imqabba ta’ sid il-vann irriżultat f’sejba oħra ta’ mija u erbgħin sigarett.
Aktar tard, b’għajnuna tal-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi, saru żewġ tfittxijiet oħra f’residenzi fis-Swieqi u fiż-Żurrieq. It-tfittxija fis-Swieqi rriżultat fin-negattiv filwaqt li fir-residenza l-oħra nstabu mija u sbatax-il elf sigarett ieħor u erbgħa u tmenin pakkett tat-tabbakk fis-saqaf u f’partijiet oħra tad-dar.
Żewġt irġiel qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ din is-sejba.