Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma delikata wara li beda ħiereġ gass minn tank kbir fix-Xemxija.
Il-każ seħħ fi stabbiliment tal-ikel fejn ġie nnutat li beda ħiereġ il-gass minn tank kbir li kien hemm installat fl-istess stabbiliment. Kawża t’hekk l-akwati ġew evakwati sakemm it-tank inħareġ mill-istabbiliment u seta’ jitbattal b’mod sigur mill-ħaddiema tas-salvataġġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt l-operazzjoni kellu jintuża wkoll l-krejn tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.