Minkejja l-maltemp bosta persuni llum għażlu li jingħaqdu mat-tim ta’ Division 7 f’’Open Day’ f’wieħed mis-setts tagħhom fejn barra li jintaqgħu u jieħdu ritratti ma’ bosta atturi, flimkien magħhom jistgħu jgħatu d-demm fil-mobile unit li bħalissa tinsab biswit il-post.
L-attività li qed tittella’ f’wieħed mis-setts li jintuża biex jinġibed filmati tal-priġunieri fil-ħabs fi Triq Emanuel Giordano, il-Gżira bdiet kmieni dagħlodu għall-ħabta tad-9:00 u se tkun qed tiġi fi tmiema fil-5:00 ta’ wara nofsinhar.
Il-pubbliku jista’ jara b’għajnejh il-‘ħabs’ ta’ Division 7 li tant jiġi wżat għall-xeni prinċipali fid-dramm u għalhekk l-Open Day tal-lum hi avveniment li ħafna segwaċi ta’ dan it-teleserje ma jistgħux jitilfu.
Id-dramm Division 7 jixxandar kull nhar t’Erbgħa wara l-aħbarijiet tas-7:30 fuq ONE.