Il-Junior College tal-Università ta’ Malta qed jistieden lill-pubbliku inġenerali, studenti prospettivi u l-ġenituri tagħhom sabiex jiġu jżuru l-Kulleġġ, il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019 mill-5.30 u sad-9.00 ta’ filgħaxija.
Wieħed jista’ jiltaqa’ mal-Prinċipal, il-kapijiet tas-suġġett u l-lettur filwaqt li jara l-faċilitajiet u s-servizzi li joffri l-Kulleġġ.
Se jkun hemm informazzjoni dwar il-programmi ta’ studju, kif ukoll attivitajiet kontinwi li huma parti integrali mill-ħajja tal-Kulleġġ.